Short Break in Poland
With the collaboration of Platinum Travel
30 t’ Awwissu – 4 ta’ Settembru 2024

Il-Ġimgħa 30 t’ Awwissu:
Niltaqgħu mat-tour leader tagħna fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fil-4.00pm sabiex naqbdu titjira diretta l-ajruport ta’ Krakow. Meta naslu, kowċ moderna li ser tibqa’ magħna l-vjaġġ kollu twassalna ġewwa l-hotel tagħna li tinsab ġewwa ċ-ċentru ta’ Krakow. Nagħmlu check in u ftit wara noħorġu nagħmlu mixja mat-tour leader fil-belt interessantissima ta’ Krakow. Ma jistax jonqos li matul dan it-tour se nżuru w naraw l-isbaħ landmarks ta’ din il-belt. Ma jistax jonqos li matul dan il-mixja se nżuru w naraw l-isbaħ landmarks ta’ din il-belt. Se naraw fost l-oħrajn il-katidral, il-kastell ta’ Wawel li kien id-dar ta’ ħafna nies irjali Pollakki. Naraw il-palazz tal-isqof. Hawn jinsabu wkoll r-‘Royal tombs’, kif ukoll il-famuża ‘Sigmund’s bell’. Minn ġewwa l-pjazza tal-kastell wieħed jista’ jitpaxxa bil-veduta tax-xmara Vistura u l-madwar. Inkomplu nimxu lejn it-triq Grodzka mimlija ħwienet u li twassalna fil-pjazza prinċipali. Kif naslu hawn ser nimmeraviljaw irwieħna bil-binja maestuża l-Gothic Cloth Hall. Biċċa xogħol arkitettwali mill-isbaħ. Ilum hija famuża għas-sovenir shopping. Landmark oħra hawnhekk hija l-knisja ta’ Santa Maria. Propja minn hawn nirritornaw lejn il-hotel fejn ser nispiċċaw ic-city tour tagħna. Mistrieħ u rqad.
Is-Sibt 31 t’ Awwissu:
Wara l-kolazzjon illum se nżuru attrazzjoni oħra ferm popolari madwar id-dinja. Qed nirreferu għall-kampijiet tal-konċentrament ta’ Auschwitz/Birkenau, fejn il-gwida se jurina fejn u kif kienu nżammu u mietu eluf ta’ priġunieri fi żmien in-nażżisti, li okkupaw din l-art. Ħa nżuru l-barrakki fejn għexu, sofrew u ntużaw nies u tfal innoċenti għall-esperimenti. Inżuru wkoll il-krimatorju u l-gas chambers. Testimonji ta’ ħruxijiet li jkexkxuk tisma’ biss dwarhom. Meta nispiċċaw it-tour ta Auschwitz nirritornaw lejn il-kowċ tagħna sabiex teħodna nżuru Brikinau. Hawn il-gwida tal-lokal tkompli turina u tispjegalna aktar dwar din is-sezzjoni. Wara se nkomplu b’eskursjoni lejn Lagawinki Hill, post verament sabiħ fejn nitgħaxxqu b’opra t’arkitetettura mill-aqwa, dik li hija s-santwarju li nbena u ġie kkonsagrat b’inizjattiva tal-Qdusija tiegħu l-Papa Ġwanni Pawlu II. Ser ikollna ħin ukoll sabiex nżuru l-kappella u l-fdalijiet ta’ Suor Faustina, u naraw fost l-oħrajn l-inkwadru oriġinali u devot tat-Trinita Divina. Minn hawn nkomplu t-triq lejn il-ħotel. Ħin liberu sabiex tkunu tistgħu żżuru ċ-ċentru tal-belt ta’ Krakow by night.

Il-Ħadd 1 ta’ Settembru:
Illum wara l-kolazzjon il-pullman tagħna teħodna eskursjoni interessanti fejn se nżuru waħda mill-aqwa landmarks tal-Polonja. Qed nirreferi għal Wieliczka Salt Mines. Dan il-meravilja ta’ post li ġie mogħti l-unur tal-‘UNESCO World Cultural Heritage Site’. Ċertament li ser titpaxxew bl-arti ta’ ħafna minjieri li matul is-snin irnexxielhom inaqqxu figuri u monumenti mill-aqwa minn dawn il-blokok ta’ melħ. Dawn huma fost l-eqdem fl-Ewropa. Wara li nżuru tliet sulari u 20 sala mimlija b’dawn il-monumenti l-lift itellagħna lura lejn l-exit fejn insibu l-pullman tistenniena sabiex teħodna lura lejn il-lukanda. Dawk li jogħġobom ix-xopping ser nwassluhom Galleria Krakowska, ċentru kummercjali kbir immens, mimli ħwienet b’ kull ma wieħed jista jimmagina, restaurants, u bars, fejn zgur tkunu tistgħu tgħaddu l-ħin hawn. Aktar tard filgħaxija noħorgu fil-pjazza Rynek Glowny li tinsab biss 7 minuti mixi l-bogħod mil-hotel tagħna sabiex tkunu tistgħu tgawdu l-ambjent tant sabiħ u rillassati ta’ dan iċ-ċentru, qabel l-irqad. Ħin liberu u rqad.

It-Tnejn 2 ta’ Settembru:
Wara breakfast, illum nipreparaw rwieħna ghall-ġurnata oħra memorabli flimkien. Se naqbdu t-triq lejn il-belt turistika ta’ Zakopane. Meta naslu it-tour leader se jwassalna sewwa sew sat-triq pedonali ta’ Zakopane Krupowki street. Din hija area mimlia ħwienet, restaurants u b’ ħafna attivitajiet li jiġbdu lejhom eluf ta’ turisti u nies tal-lokal. Ser nimxu matul din it-triq kollha u flimkien naslu sal istazjon tal-funivia. Hawn se nesperjenzaw dan is-servizz u bih ser nitpaxxew bis-sbuħija tal-muntanja Gubalowka. Din hija muntanja differenti ferm minn muntanji li mdorrijin bihom. Qed ngħid hekk għaliex fil-quċċata ta’ din il-muntanja nsibu raħal żgħir b’attivita` għaddejja l-ħin kollu. Għexieren ta’ ħwienet bis-sovenirs u oġġetti artiġjanali ser nsibu bil-bosta hawn. Ma jistax jonqos li ser nitpaxxew bil-veduti tal-belt ta’ Zakopane minn hawn fuq. Wara hin fuq din il-muntanja nirritornaw lejn il-funivia sabiex ninzlu lejn Triq Krukowki l-aktar triq attraenti ġewwa din il-belt. Ta’ min isemmi wkoll li qabel naqbdu din l-imsemmija triq se nagħtukom ftit ħin liberu fejn tkunu tistgħu tammiraw il-monti li jarma kulljum hawnhekk.
It-Tlieta 3 ta’ Settembru:
Dalgħodu, wara l-kolazzjon ser naqbdu t-triq fejn il-coach twassalna ġewwa Wadowice. Din il-belt hija deskritta bħala d-dar tal-Papa Gwanni Pawlu II. Ovvjament dan għaliex preċiżament ġewwa dar numru 7, Triq Koscielna, Wadowice, fit-18 ta’ Mejju tas-sena 1920, twieled Karol Wojtyla. Hawn, flimkien mal-familja tiegħu għadda t-trobbija tiegħu kollha sas-sena 1938 qabel ħalla din il-belt, fejn mar jistudja fl-Universita` ta’ Krakow. Nidħlu nżuru din id-dar li hija mużew b’ħafna oġġetti oriġinali li kienu jappartjenu lill-Papa. Żgur ser ikollna ħin nixtru souvenier b’rikordju ta’ dan il-qaddis. Minn hawn nirritornaw lejn Krakow sabiex ngawdu l-aħħar lejl tagħna ġewwa din il-belt maestuza.

L-Erbgħa’ 4 ta’ Settembru:
Illum wara l-breakfast ser nibdew il-vjaġġ lejn l-ajruport, ngħabbu l-bagalji u nitilqu għal Check-In għat-tijira Ryanair li twassalna lura lejn Malta u temmilna din l-avventura verament sabiħa.
Terms & Conditions
Tagħrif:
Prezz kull persuna
| Adult f’Kamra ta’ 3 persuni: | €889 |
| Adult f’Kamra ta’ 2 persuni: | €915 |
| Adult f’Kamra singola: | €1051 |
| Tfal 4-12 il-sena akkumpanjati ma 2 adulti: | €810 |
Prezz jinkludi
- Titjira diretta Ryanair lejn Krakow u lura (20 Kg Checked in Luggage u Carry Bag 40 x 20 x 25 cm)
- 5 iljieli f’lukanda 3 stilel fiċ-ċentru storiku ta’ Krakow
- 5 Kolazzjonijiet
- Transfers mill-ajruport u lura
- Eskursjoni kollha kif hemm fil-programm
- Ħlas tal-Funivija Gubolowska Mountain ġewwa Zakopane
- Entratura bi Gwida ġewwa ’Auchwitz/Birkenau’
- Entratura ġewwa id-Dar/Muzew tal-Papa
- Entratura ġewwa Saltmines bil-gwida tal-lokal
- It-taxxi kollha
- Insolvency Fund Certificate
- Servizz ta’ Tour Leader
Prezz ma jinkludiex
- Sabiex seats ta’ l-ajru jkunu assenjati ħdejn xulxin b’ċertezza jista’ japplika ħlas miżjud.
N.B. – Booking jiġi kkonfermat mal-ħlas ta’ €350 fuq kull persuna li jitnaqqsu mill-ammont finali.
