Pellegrinaġġ Għal-Lourdes

With the collaboration of Platinum Travel

5 September 2023 – 9 September 2023


It-:Tlieta, 5 ta’ Settembru:

Niltaqaw l-ajruport fis-6.10 AM, u b’titjira diretta mar-Ryan Air nitilqu ghal Lourdes fit-8.10 AM. Fil-10:40 AM naslu Lourdes u nirkbu l-kowc taghna li tehodna l-lukanda fejn ikollna s-sistemazzjoni tal-kmamar. Wara l-pranzu nibdew il-mawra taghna f’Lourdes bi zjara fil-Grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernardette Soubirous. Inkomplu bil-programm billi naraw, u fejn ikun possibli nzuru, diversi postijiet ta’ nteress  konnessi ma’ Santa Bernardette, fosthom l-Mithna Boly (fejn twieldet u ghexet sakemm kellha 10 snin), il-Cachot (kamra f’habs abbandunata fejn ghexet, flimkien mal-familja, matul id-dehriet) u l-knisja Parrokkjali li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu (fejn tghammdet). Cena fil-lukanda, u wara fid-9:00 PM niehdu sehem, bhala group, fil-purcissjoni, il-pellegrini jimxu wara l-istatwa tal-Madonna b’xemgha mixghula f’idejhom waqt li jinghad ir-ruzarju. 

L-Erbgha, 6 ta’ Settembru:

Wara l-kolazzjon, fid-9.30 AM niehdu sehem fil-quddiesa internazzjonali li ssir fil-Bazilika l-Kbira ta’ taht l-art iddedikata lil San Piju X, fejn nesperjenzaw esperjenza unika u xeni impressjonanti ta’ devozzjoni kbira. Wara din ic-celebrazzjoni, immorru naraw DVD dwar il-messagg ta’ Lourdes. Wara l-pranzu, ikollna optional excursion f’Pont d’Espagne li jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Matul din l-eskursjoni fuq il-muntanji, nitpaxxew b’xenarju mill-isbah u naraw hafna kaskati meraviljuzi bl-ilma niezel b’velocita kbira. Dan il-post huwa popolari hafna ma’ dawk li jhobbu jmorru l-mountain climbing. Wara lura l-lukanda ghac-cena.

Il-Hamis, 7 ta’ Settembru:

Kolazzjon, u wara jkollna optional excursion ta’ jum f’St. Jean de Luz u Col f’Ibardin. F’St. Jean de Luz, li hija belt kosmopolitana u medjovali b’influwenza Spanjola, inzuru c-centru storiku u x-xtajta kbira tal-post. Wara jmorru Col d’Ibardin minn fejn naraw veduti mill-isbah, u minn fejn inkunu nistghu naghmlu xi xiri. Nirrtornaw lura l-lukanda ghac-cena, u wara jkollna Celebrazzjoni Ewkaristika. 

Il-Gimgha, 8 ta’ Settembru:

Wara l-kolazzjon, niccelebraw l-Ewkaristija f’wahda mid-diversi knejjes / kappelli li jinsabu vicin il-Grotta. Ma’ tmiem il-quddiesa, il-grupp jiehu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Baziliki. Inkomplu bil-programm billi nzuru t-tliet Baziliki u wara naghmlu l-Via Sagra. Pranzu, u wara optional excursion f’Gavarnie, fejn ikollna eskursjoni verament sabiha li matulha naraw hafna veduti meraviljuzi. Gavarnie huwa rahal qalb il-muntanji, 1357m ‘l fuq mill-bahar. Naghmlu waqfa fuq Pont du Napoleon, fejn ingawdu veduta mill-aqwa. Hekk kif naslu Gavarnie nistghu naghmlu mixja qalb xenarju mill-isbah jew min irid jista’ anke jiehu l-opportunita jirkeb fuq xi ziemel. Wara lura l-lukanda ghac-cena. 

Is-Sibt, 9 ta Settembru:

Kolazzjon kmieni, u wara nitilqu ghall-ajruport. It-titjira tar-Ryan Air titlaq minn Lourdes fid-9.20 AM u tasal Malta fl-11.40 AM. 

TAGHRIF

PREZZ KULL PERSUNA:

Adult f’kamra trippla                                      € 665

Adult f’kamra dopja                                        € 685

Adult f’kamra singola supplement                 € 125

Tfal 4 – 7 snin f’ kamra ma zewg adulti          € 535

Tfal 8 – 12 il-sena f’ karma ma zewg adulti    € 560

IL-PREZZ JINKLUDI:

Titjiriet: Malta – Lourdes – Malta mar-Ryan Air (Jinkludi bagalja ta’ 10 kilos)

Trasferimenti: Ajruport – Lukanda – Ajruport

Akkomodazzjoni ghal 4 iljieli fil-lukanda ta’ 4 stilel 

Kmamar kollha bis-servizzi privati

Bazi: Full Board (2 ikliet u breakfast kulljum)

L-Excursions skond il-programm

Servizz ta’ Tour Leader

Servizz ta’ Direttur Spiritwali

It-taxxi tal-ajruporti u service charge 

Insolvency Fund Certificate 

MHUX INKLUZ FIL-PREZZ:

Lourdes City Tax (tithallas direttament fil-lukanda) €2.10 kull persuna kull lejl.

Santwarju ta’ Lourdes: Donazzjoni ta’ €10 kull persuna. Din tingabar ftit qabek id-dhul fis-santwarju.